Lokali Qorti

Mixli li stupra lill-eks tfajla tiegħu u erba’ oħra akkużati bi swat u sekwestru

Ħames żgħażagħ maskili Belġjani u li tnejn minnhom huma taħt l-età u li wieħed minnhom jilgħab mat-team nazzjonali ta’ pajjiżu ta’ taħt it-18-il sena tressqu l-Qorti akkużati b’reati diversi fosthom stupru, swat serq u sekwestru ta’ persuna. 

Minn dak li ħareġ fil-Qorti l-akkużati allegatament kienu ffilmjaw lit-tfajla qed tiġi stuprata u lil ġuvni li kien magħha qiegħed jissawwat. L-allegat stupru sar minn wieħed minnhom li għandu 20 sena u li kien joħroġ mal-vittma f’pajjiżu, tfajla ta’ 17-il sena.

Kollox seħħ matul il-lejl tal-Ħadd li għadda. L-akkużati u l-vittmi jinsabu Malta fuq vaganza u huma lkoll studenti f’pajjiżhom, fejn wieħed minnhom huwa wkoll student tal-liġi. Iż-żgħażagħ li għandhom bejn is-17 u l-20 sena huma minn Brussell u f’Malta kienu qed joqgħodu f’Tas Sliema. Fil-preżent huma m’għandhom l-ebda indirizz fiss. L-akkużat mixli bi stupru ġie mixli wkoll li żamm lit-tfajla kontra r-rieda tagħha u li kkawżalha grieħi filwaqt li heddidha li se tintuża l-vjolenza kontriha u wettaq atti mmorali li jmorru kontra l-pudur tagħha.

Il-ħames akkużati kollha ġew akkużati illi żammew lit-tfajla u jew lill-ġuvni kontra r-rieda tiegħu. Il-ġuvni li kien magħha għandu 16-il sena u spiċċa jsofri minn feriti gravi. Huma ġew akkużati li wettqu dawn ir-reati fil-limit ta’ Ħaż Zebbuġ hekk kif ftit qabel kienu fi stabbiliment tad-divertiment fil-limiti tar-Rabat.

Kollox beda minn hemm fejn l-allegati reati seħħew fl-appartament tal-akkużati ġewwa tas-Sliema. Quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, il-ħames ġuvintur kellhom l-aċċess ta’ interpretu, peress li jitkellmu biss bil-lingwa Franċiża.

Fix-xhieda tiegħu l-ispettur Omar Zammit, li flimkien mal-Ispetturi Joseph Spiteri u Jonathan Cassar mexxa l-prosekuzzjoni xehed kif fid-depot kienu marru l-vittmi, bil-ġuvni jgħid li ġie aggredit fi stabbiliment flimkien mat-tfajla. L-akkużati mbagħad ħaduhom f’appartament f’Tas Sliema fejn wieħed mill-akkużti allaegatament stupra lit-tfajla.

Il-player tal-football jammetti

Erbgħa mill-akkużati wieġbu mhux ħatja, l-ieħor, li qal li huwa player tal-football professjonali u li huwa internazzjonali ta’ taħt it-18-il sena ammetta l-ħtija minkejja li kien mistoqsi jerġax jikkunsidra l-ammissjoni tiegħu minkejja li l-piena massima f’każijiet bħal dawn titla sa seba’ snin ħabs effettiva.

Il-Qorti wara li semgħet is-sottomissjonijiet tad-difiża u l-prosekuzzjoni mmexxija ukoll mill-Avukati Joseph Camilleri Azarov u Cynthia Tomasuolo qablu li fil-konftont tal-footballer m’għandhiex tingħata piena effettiva.

Meta għaddiet sentenza ta’ sena ħabs sospiżi għal sentejn snin u ordni ta’ trażżin fil-konfront tal-vittmi għall-perjodu ta’ tliet snin. L-akkuzat li kellu l-inqas akkużi dik li kkaġuna offiża gravi fuq il-ġuvni vittma mbagħad ġie eskortat ‘l barra mill-awla u kellun jħalli Malta lejn pajjiżu fis-6pm.

Peress li huwa taħt l-eta l-piena naqset b’żewġ gradi u anke ttieħdet in konsiderazzjoni li ammetta fi stadju bikri tal-proċeduri. Meta kien mitlub jagħti rendikont ta’ dak li allegatament seħħ mid-difiża, l-Ispettur Omar Zammit qal li kien nhar it-Tnejn għall-ħabta tas-2pm li marru ż-żewġ allegati vittmi fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija biex jagħmlu rapport.

Huwa qalu li fil-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd, iż-żagħżugħ kie ġie aggredit fi stabbiliment minn erba’ żgħaħagħ fejn hu u t-tfajla ttieħdu kontra l-volontà taġħhom fi flat ġewwa tas-Sliema, fejn it-tfajla ġiet stuprata mill-eks ‘boy friend’ tagħha.

Qal li għall-ħabta tal-5am u potenzjalment sal 1pm. il-ġuvni beda jiġi msawwat u minn erba’ miż-żgħażagħ, bit-tfajla tgħid li hi kienet taf biss lill-eks boyfiend tagħha u bl-erba’ l-oħra jgħixu miegħu fl-istess appartament kienu se jsiefru dak inhar stess,

L-Ispettur qal li hu mar fil-flat tagħhom ġewwa tas-Sliema għall-ħabta tal-5pm u kien konxju li t-titjira lejn pajjiżhom kienet skedata għat-8pm. Qal ż-żgħażagħ ma nstabux fl-appartament u għalhekk il-pulizija marru l-ajruport.

Ix-xhud qal li dak il-ħin it-tfajla allegata vittma kienet għadha qed tiġi nvistata minn tabib u li bagħtet ritratti tal-erba’ subien l-oħra. Tenna li hekk kif rawhom l-ajruport deħlin, ġew arrestati fis-7pm mill-airport stess f’daqqa.

Mistoqsi mid-difiża kif l-allegati vittmi ttieħdu fl-appartament tas-Sliema kontra l-volontà taġħhom, l-Ispettur Zammit qal li dawn ittieħdu b’taxi u għalhekk ħadd minnhom ma kien qed isuq. Minbarra akkużi ta’ stupru, sekwestru u swat, wieħed mill-akkużati kien mixli wkoll li seraq l-iphone tal-vittma maskili li jiswa’ 1,900 ewro.

Id-difiża talbet biex tingħata il-full discloure skont il-liġi bl-Ispettur Spiteri jiddikjara illi fil-kors tal-investigazzjoni ta l-full disclosure ta lill-imputati kollha waqt kienu assistitti minn avukat tal-għajnuna legali. Qal li sa l-Erbgħa filgħaxija stess se jagħti kopji tal-awdjo viżivi lid-difiżi.

L-Ispettur Spiteri imbagħad xehed dwar dak li seħħ kif kien infurmat dwar kif żewġ minuri li l-ewwel marru l-Għassa tad-distrett fuq dak li għadda mingħalihom. Wara ttieħdu fl-uffiċċju tal-vice squad fejn ittieħditilhom stqarrija.

Il-vittma femminili qalet li f’Malta kienet ikkomunikat li skopra li kienet Malta u xtaq li jiltaqa’ magħha, wara li fil-Belġju kienu ilhom madwar sena flimkien iżda temmew ir-relazzjoni. Kien il-ġimgħa li għaddiet iltaqgħet miegħu.

Kienet ħasbet li forsi jistgħu jerġgħu joħorġu flimkien u kienu ltaqgħu fi ġnien tas-Sliema. Skopriet li miegħu kien hemm aktar persuni fosthom it-tfajla attwali tiegħu. Qalet li bejn l-1 u 2 ta’ Lulju ħarġet ma’ ħabib tagħha u marru f’night club fil-limiti tar-Rabat.

Hemm kien hemm iż-żgħażagħ u t-tfajla attwali tal-eks boyfriend tagħha u li kienet mal-vittma l-ieħor. L-eks għarus tagħha mar ħdejha meta kienet xurbana u qalilha li kien se jieħu ħsiebha. Qaltlu fejn toqgħod u li x’aktarx fl-istess triq.

Qalet li fit-taxi bdew joffrulha xorba bħal vodka u spiċċat stenbħet fi flat u skopriet li l-eks boyfriend tagħha li kien qed jistupraha u minkejja li qaltlu le u hu kompla u skopriet li l-ġuvintur taghha bdew jiffilmjaw dak li kien qed jiġri u li wkoll kienu qed jiffilmjaw lil ħabib tagħha jissawwat minnhom.

Il-vittma maskili qal lil-Pulizija li bdew isawwtuh ħafna u jgħajjruh u li kellu jidħol bilforst fit-taxi għaliex aggredewh u ma setax jagħmel mod ieħor. L-Ispettur qal lill-video juri s-swat li sofra l-ġuvni mingħajr ma hu rribatta.

Fil-filmat wieħed mill-akkużati jidher jieħu l-mobile tal-vittmi maskili u beda jixtri l-affarijiet minn fuqu għall-indirizz li kellu l-akkużat fil-Belġju. Qal li huwa akkumpanja lill-vittma l-isptar u qal ukoll lill-Ispettur li tant kemm iddegradawh li bdew iniżlulu l-qalziet u jsawwtuh fuq il-warrani tiegħu.

Ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest u għalhekk l-erba’ imputati ttieħdu fil-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin. Ix-xhieda li fosthom hemm l-allegati vittmi se jinstemgħu l-Ħamis filgħodu, bix-xhieda tkun bil-magħluq. L-Avukati Franco Debono, Jose Herrera, Stefano Filletti, Matthew Xuereb, Jason Azzopardi u Gianluca Capitta dehru għall-Belġjani.