Lokali

Organizzat Network Ewropew ta’ Konsulenti Żgħażagħ

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal qed jospita l-forum tan-Netwerk Ewropew ta’ Konsulenti Żgħażagħ (ENYA). ENYA għandha l-għan li tiżgura parteċipazzjoni   effettiva u ta’ valur fi ħdan in-Netwerk Ewropew tal-Ombudspersons għat-Tfal (ENOC). L-Uffiċċju huwa l-Ko-ordinatur Ġenerali tal-ENYA għas-sena 2023 u ilu

jsostni Istituzzjonijiet għad-Drittijiet tat-Tfal oħra minn pajjiżi jew reġjuni Ewropej differenti fit-twettiq ta’ din l-inizjattiva.

Dan il-forum, li beda lbieraħ u ser isir fuq jumejn, qiegħed ilaqqa’ 36 żgħażagħ bejn letajiet ta’ 12 u 17-il sena minn 18-il pajjiż/reġjun Ewropew differenti. Matul il-Forum, ilparteċipanti se jieħdu sehem f’diversi attivitajiet u diskussjonijiet interattivi dwar ir-Rwol tal-Istituzzjonijiet għad-Drittijiet tat-Tfal fil-Promozzjoni u l-Protezzjoni tadDrittijiet tat-Tfal.

Il-Forum, li hu parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropeja, ġie miftuħ uffiċjalment ilbieraħ mis-Sa Antoinette Vassallo, Kummissarju għat-Tfal u mis-Sa Salvör Nordal, iċ-Chairperson tal-ENOC kif ukoll l-Ombudsperson għat-Tfal tal-Iżlanda. It-tnejn li huma esprimew il-ħerqa tagħhom li jisimgħu r-rakkomandazzjoni li l-parteċipanti ressqu.

Dalgħodu l-On. Ministru għall-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal. Dr Michael Falzon indirizza lill-parteċipanti. Fid-diskors tal-ftuħ tiegħu, l-On. Ministru tkellem dwar limpenn tal-Gvern Malti għal iżjed parteċipazzjoni tat-tfal. Dr Falzon qal li ‘t-tfal huma lġejjieni tas-soċjetà u għaldaqstant jeħtieġ li jkunu preżenti bil-vuċi tagħhom fil-proċessi ta’ teħid tad-deċiżjonijiet’. Il-Ministru Falzon faħħar ix-xogħol imwettaq mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal u wiegħed is-sostenn kontinwu tiegħu għall-iniżjattivi tagħhom.

Permezz ta’ din l-inizjattiva, tfal u żgħażagħ, li għandhom id-drittijiet jistgħu jipparteċipaw f’attivitajiet tal-ENOC sabiex jaqsmu l-esperjenza tagħhom u jagħtu lillOmbudspersons għat-Tfal ideja ċara dwar liema affarijiet huma mportanti għalihom u kif jiżguraw b’mod konkret il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tagħhom hekk kif dawn huma ggarantiti mill-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tat-Tfal.