Sport Sport Ieħor

Pool: Aktar riżultati prestiġjużi mit-timijiet Maltin

It-timijiet nazzjonali tal-Malta Pool Association li qed jikkompetu fil-kampjonati tad-dinja tal-Pool f’ Agadir fil-Marokk, komplew jiksbu aktar riżultati prestiġjużi.

It-tim taż-żgħażagħ ta’ taħt it-23 sena kiseb erba’ rebħiet konsekutivi kontra Tim A Irlanda 5-4, Tim B Indja 6-3, Belġju 6-3 u Tim B Marokk 5-4 biex telgħu fit-tieni post tal-klassifika fil-fażi tal-gruppi.

It-tim ta’ ‘l Fuq minn 50 sena kiseb żewġ rebħiet oħra meta għeleb lil Wales 8-7 u lill-Belġju 10-5 biex jinsab fit-tieni post tal-klassifika tal-kategorija.

It-tim tal-irġiel għeleb lil Reunion Islands 12-9 u lil Indja 14-7 filwaqt li safa megħlub mill-Irlanda ta’ Fuq 13-8 u minn Franza 11-10.