Kuntrarju għal dak li jsir issoltu, il-Gvern ta’ Robert Abela qed jirreżisti li għada jittieħed il-vot wara d-diskussjoni fil-Parlament li ġiet sfurzata mill-Oppożizzjoni dwar il-ħtieġa ta’ Inkjesta Pubblika fil-każ ta’ Jean Paul Sofia.
U issa, minflok jittieħed il-vot mal-ewwel wara d-dibattitu, il-vot se jkun qed jittieħed il-ġimgħa d-dieħla. Dan minħabba li Abela baqa’ jirreżisti.
Is-soltu, meta tkun il-ġurnata dedikata għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, il-vot jittieħed dakinhar stess eżatt wara li jispiċċa d-dibattitu. Imma din id-darba, għal xi raġuni, Robert Abela ma jridx li l-vot jittieħed għada. U għal raġuni li jaf hu biss, irid li jittieħed il-ġimgħa d-dieħla u mhux wara d-dibattitu t’għada, kif jiġri f’kull mozzjoni li tressaq l-Oppożizzjoni.
//= $special ?>