F’Wimbledon, in-numru wieħed fid-dinja, l-Ispanjol Carlos Alcaraz ta’ 20 sena ftit tħabat biex rebaħ u elimina lil Jeremy Chardy ta’ Franza.
Ta’ 36 sena, Chardy fl-14-il partecipazzjoni tiegħu f’Wimbledon kien ilu mill-2014 ma jasal sal-fażi tal-aħħar 16. Kollox jindika li dan jista’ jkun l-aħħar tournament tiegħu qabel iħabbar li jirtira. Carlos Alcaraz f’anqas minn sagħtejn ħareġ rebbieħ fi tlett sets 6-0 ; 6-2 ; 7-5.
Alcaraz, wara li rebaħ l-Open tal-Istati Uniti, qed jittama li jirbaħ f’Wimbledon. Jekk dan isseħħ ikun it-tielet l-iżgħar tennist wara Bjorn Borg li ta’ 20 sena rebaħ fl-1976 u Boris Becker li meta rebaħ fl-1985 kellu biss 17-il sena.
Fil-kompetizzjoni tan-nisa , diffiċli aktar mill-mistenni għar-rebbieħa tal-edizzjoni tal-2022 Elena Rybikina tal-Każakistan li tħabtet biex eliminat lil Shelby Rogers tal-Istati Uniti.
Rogers rebħet l-ewwel set 6-4. Reazzjoni minn Rybikina li rebħet it-tieni set 6-1 u ddominat dak deciżiv li rebħet 6-2.
//= $special ?>