Ir-raba’ stadju tat-Tour de France kien fuq medda ta’ 182 kilometru bejn Dax u Nagaro. It-tieni suċċess konsekuttiv f’jumejn għal Belġjan ta’ Alpecin, Jasper Philipsen li fi sprint fuq aktar minn għaxar ċiklisti daħal f’ 4 sigħat 25 minuta u 28-il sekonda.
Fil-postijiet warajħ kollha bl-istess ħin l-Awstraljan Caleb Ewan ta’ Lotto Dstny, Phil Bauhaus tal-Ġermanja għal Bahrain Victorious, Bryan Coquard ta’ Franza għal Cofidis u l-Britanniku Mark Cavendish għal Astana Qasaqstan Team.
Fil-klassifika ġenerali wara r-raba’stadju għadu fl-ewwel post il-Britanniku Adam Yates għal UAE Team Emirates bi 18-il siegħa 18-il minuta u sekonda b’distakk vantaġġ ta’ sitt sekondi fuq is-Sloven Tadej Pogacar ta’ UAE Team Emirates. Fit-tielet post jinsab Simon Yates ta’ Jayco Alula wkoll b’distakk ta’ sitt sekondi.
It-Tour de France jitkompla bil-ħames stadju bejn Pau u Larum fuq distanza ta’ 163 kilometru.
//= $special ?>