Ekonomija Għawdex Lokali

Anke n-negozji Għawdxin qed jappellaw biex il-Gvern ifassal pjan ċar għal Għawdex

Il-ħtieġa ta’ pjan ekonomiku għal Għawdex u l-bżonn ta’ sistema elettrika indipendenti kienu uħud mill-punti li ssemmew min-negozji Għawdxin fi stħarriġ illi sar mill-Kamra Għawdxija tal-Kummerċ illi analizzat is-sentiment fost in-nies tan-negozju.

Dan is-survey iqabbel Frar ta’ din is-sena mar-riżultati tas-Sajf li għadda, fejn jidher ċar li naqsu dawk in-negozji li kienu “pożittivi ferm” dwar l-andament ekonomiku ta’ Għawdex. Fil-fatt, fi Frar 2023 kien hemm żewġ terzi tan-negozji li ma kienux pożittivi dwar ix-xenarju ekonomiku – bil-maġġoranza jesprimu sentiment newtrali.

L-istess survey jitfa’ dawl fuq problemi oħra li qed jaffaċjaw l-Għawdxin; fosthom iż-żieda enormi fil-prezzijiet u l-iżvilupp bla pjan li qed jaffetwa l-karattru uniku ta’ Għawedex.

In-negozji qed jistennew li jkun hemm pjan ċar għal Għawdex, u anke diversifikazzjoni għal setturi differenti li jrendu. Dan apparti li jissaħħu niċeċ ekonomiċi li jkunu partikolari għal Għawdex.