Il-Ħamis kienet organizzata konferenza onlajn bit-titlu “L-Unjoni Ewropea ser tpoġġi n-natura u l-futur tagħna ‘l fuq mil-politika?”. Dan hekk kif fit-12 ta’ Lulju ser tittieħed vot fil-plenarja tal-Parlament Ewropew dwar il-Liġi tal-Unjoni Ewropea rigward ir-Restawr tan-Natura.
Din il-konferenza kienet immexxija minn esperti dwar il-biedja organika, u komunitajiet tas-soċjetà ċivili, li ingħaqdu biex jappellaw għall-adozzjoni urġenti ta din il-liġi.
L-ewwel kelliem kien Jan Plagge, illi ddiskuta kif il-bdiewa qegħdin taħt pressjoni tremenda minħabba ż-żieda fil-prezzijiet, it-tibdil fil-klima u n-nixfa madwar l-Ewropa.
Plagge qal ukoll li l-Kummissjoni Ewropea mhix titkellem dwar il-kontradizzjoni ta’ meta jkollok żoni ta’ produzzjoni għolja kontra żoni b’ħafna fjuri iżda mingħajr sors ta’ ikel, hekk kif dawn iż-żoni juru l-ineffiċjenza tal-użu tal-artijiet.
Hu qiegħed iħeġġeġ lil dawk li jfasslu l-politika flimkien mas-soċjetà, sabiex jingħaqdu ħalli jirrestawraw u jtejbu l-liġi dwar ir-restawr tan-natura sabiex ikun hemm qafas favur il-bijodiversità, l-ekoloġija, u l-produzzjoni tal-ikel.
It-tieni kelliem kien Josef Settele, l-awtur ewlieni ta’ ittra illi ġiet iffirmata min 6,000 persuna – b’appoġġ lejn il-bijodiversità. Hu insista illi jekk irridu l-bidla, irridu nagħmluha llum qabel għada.
It-tielet kelliema kienet Ester Asin, id-Direttur tad-WWF fl-Ewropa…illi tkellmet kif it-tibdil tal-klima tagħmel impatt ukoll fuq is-saħħa fiżika u mentali tagħna.
Ioannis Agapakis, avukat minn Client Earth qal li hemm sapport kbir favur din il-liġi dwar ir-restawr tan-natura, iżda diffiċli jkunu jafu eżatt kemm hu kbir dan l-appoġġ.
Din il-liġi ser tiffoka fuq il-problemi li ġew diskussi waqt din il-konferenza, fejn intwera kemm ser tkun ta’ benefiċċju din il-leġislazzjoni l-ġdida.
//= $special ?>