Fl-aħħar sigħat, l-internazzjonali Malti Cain Attard kien ippreżentant bħala akkwist ġdid ta’ Belenenses, klabb Portguiż li fl-istaġun il-ġdid 2023/24 se jkun qed jilgħab fit-tieni diviżjoni.
Rapporti fil-media Portugiża qed iqisu dan it-trasferiment bħala wieħed sorpriża mill-kowċ tat-tim, Bruno Dias.
Fl-aħħar jiem il-paġna ta’ Replay kienet qed issegwi l-aħħar żviluppi marbuta ma’ Attard, li għażel li ma jiffirmax kuntratt ieħor ma’ Birkirkara FC wara li d-difensur ta’ 28 sena għamilha ċara kemm magħhom kif ukoll ma’ klabbs oħra lokali li kien f’negozjati magħhom, li l-ewwel prijoritá tiegħu kienet li jmur jilgħab barra minn Malta.
//= $special ?>