Malta tqis lill-Greċja bħala wieħed mill-eqreb sħab tagħha fir-Reġjun Ewro-Meditteranju, hekk kif għandu sfidi u għanjiet simili.
Dan qalu l-President tar-Repubblika George Vella wara żjara li għamel f’dawn il-jiem fil-Greċja.
Mal-President Grieg, Vella tkellem dwar ir-reġjun tal-Meditteran, il-koperazzjoni fis-setturi kummerċjali, u anke t-turiżmu.
Huma qablu li l-migrazzzjoni tibqa’ prijorità għaż-żewġ pajjiżi, u li hemm bżonn soluzzjoni fil-livell Ewropew.
Id-diskussjoni iffukat ukoll fuq il-konsegwenzi tal-gwerra Russa fl-Ukrajna, partikolarment fuq is-setturi tal-enerġija u fuq l-ekonomija.
Matul iż-żjara tiegħu, l-President Vella ġie onorat bil-Collar of the Grand Cross of the Order of the Redeemer mill-President Grieg.
Intant….il-President Vella flimkien mas-Sinjura Vella ltaqgħu mall-komunità Maltija f’Ateni, u faħħarhom talli huma żammew ħajja l-identità Maltija.
//= $special ?>