Futbol Sport

EURO 2023 U/19: Mhux biżżejjed il-prestazzjoni qalbiena taż-żgħażagħ Maltin

(Ritratt: Josef Fitzptarick)

André Muscat

MALTA………….0

POLONJA……..2

Malta: H. Sacco, A. Borg (B. Buhagiar 86’), S. Xerri, J. Vassallo (C), L. Scicluna, B. Tuma (S. Gatt 86’), D. Scicluna, B. Hilli (L. Caruana 71’), T. Viviani, D. Letherby (N. Cross 71’), A. Bridgman (B.Borg 63’)

Polonja: O. Zych, I. Drapiǹski, M. Matysik (D. Bugaj 79’), J. Majchrzak (W. Smolinski 24’), K. Urbaǹski, M. Brzozwski, W. Matyjewicz, M. Kowalczyk, J. Nsangou (T. Pieǹko 62’), D. Biniek (K. Przybylko 46’), I. Strzalek (A. Kazubal 78’)

Imwissija: W. Matyjewicz 17′ , M. Matysik 70′ , K. Przybylko 90′ (POL) B. Hilli 66′, A. Borg 81 (MLT)

Tkeċċijiet: W. Matyjewicz 22′ (POL), D. Scicluna 62′ (MLT),

Skorjaw: I. Strzalek 59′ (POL), T. Pieǹko 82′ (POL),

Referee: Yael Falcón (ARG)

Assistenti Referees: Facundo Rodríguez (ARG) u Theodoros Georgiou (HUN)

Wirja qalbiena miż-żgħażagħ Maltin ma kienitx biżżejjed biex iżomm il-qawwa taż-żgħażagħ Pollakki. Il-Pollakki bdew il-partita b’mod offensiv fl-ewwel kwarta logħob bil-Maltin bdew iżidu fil-logħob tagħhom mal-ħin. Kif il-Pollakki spiċċaw bi player inqas wara ftit aktar minn għoxrin minuta logħob, il-Maltin daħlu sew fil-logħba u kienu aħjar mill-Pollakki għall-kumplament ta’ l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima l-logħob kien maqsum sa kemm fit-26 minuta l-Maltin spiċċaw bi plejer inqas bit-tkeċċija ta’ Dylan Scicluna, tkeċċija li swiet qares għall-Maltin għax il-Pollakki ħatfu l-okkazjoni u żiedu l-aggresivita tagħhom biex spiċċaw rebħu l-partita kontra Malta.

Mal-bidu ta’ l-ewwel taqsima l-Pollakki fuq l-offensiva u l-ewwel azzjoni waslet wara minuta u nofs mill-bidu tal-partita, hekk kif Igor Strzalek jara l-ballun tiegħu salvat b’mod stupend mill-goalkeeper Malti Hugo Sacco.

Fid-9 minuta tal-partita l-plajer bin-numru għaxra Urbaǹski ttanta xortih b’xutt minn barra l-kaxxa li għada ftit barra mil-lasta Maltija. Tlett minuti wara il-plejer Pollakk bin-numru disa’ Jordan Majchrzak, prova xutt bid-dawra iżda Hugo Sacco salva bla probemi. Fis-17-il minuta Tuma għamel ħarba wara ballun fit-tul minn Andrew Borg tant, li l-plejer Polak Matyjewicz kellu jifawlja lill-plejer ta’ Reading barra l-kaxxa biex iwaqqaf kull periklu mill-lasta Pollakka fejn għal dan il-foul Wiktor dabbar karta safra. Alfie Bridgman inkariga ruħu mill-freekick fejn b’xutt dirett il-goalkeeper Zych salva f’korner b diffikultà.

Fit-22 minuta l-Pollakki spiċċaw bi plejer inqas wara li Matyjewicz tkeċċa għat-tieni karta safra wara li din id-darba għamel daħla xejn sabiħa fuq Alfie Bridgman. Lucas Scicluna ttanra xortih b’xutt minn barra l-kaxxa fid-29 minuta fejn il-ballun għadha ftit għoli mill-lasta l-mimduda.

Wara li l-Pollakki kellhom bidu agressiv, tkeċċija ta’ Matyjewicz naqsitilhom mir-ritmu tagħhom u t-tim Malti daħal aktar fil-partita fejn beda jaqsam il-logħob mat-tim avversarju biex b’hekk l-ewwel taqsima spiċċat bl-iskor ta’ 0-0.

Il-Maltin ħarġu għat-tieni taqsima b’mod mill-aktar agressiv fejn fis-47 minuta xutt angolat ta’ Alfie Bridgman jara t-tentattiv tiegħu jaħbat mal-ġenb tax-xibka. Żewġ minuti wara l-Pollakki rrispondew b’azzjoni fuq il-lasta Maltija fejn Hugo Sacco salva bla problemi xutt ta’ Brzozwski. Kien fid-59 minuta meta kontra xejra tal-logħob il-Pollakki marru fil-vantaġġ b’xutt mill-viċin ta’ Igor Strzalek.

Mas-siegħa logħob il-Maltin kellhom ikomplu l-aħħar nofs siegħa tal-logħba b’għaxar plejers, wara li Dylan Scicluna qala’ ħamra diretta għal foul ikrah li għamel fuq Kowalczyk f’nofs il-grawnd. Kien imiss lil Tuma biex jiġi muri l-karta s-safra hekk kif fil-65 minuta għamel foul fuq il-plajer Polak Samoliǹski.

Il-logħba bdiet tkun ftit aktar agressiva tant li fit-68 minuta l-plejer Matysik għamel daħla xejn sabiha fuq Lucas Scicluna. Il-Pollakki reġgħu kienu perikolużi meta fit-72 minuta Pienko ra ix-xutt tiegħu salvat minn Sacco. Tomasz Pieǹko rdoppja għall-Pollakk 81 minuta meta b’xutt minn ġol-kaxxa l-kbira tefa’ wara Sacco.

Iż-żewġ timijiet jilagħbu nhar il-Ħadd fejn il-Maltin se jkunu qed jaffrontaw il-qawwa Portuġiża li diġa kwalifikaw minn grupp A, filwaqt li l-Pollakki se jkunu qed jilagħbu logħba deċisiva kontra t-Taljani sabiex jiġi determinat minn minhom se jingħaqad mal-Portugiżi biex ikomplu l-impenji tagħhom f’dan il-kampjonat.

Hugo Sacco jwettaq save mill-isbaħ fit-tieni taqsima (Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Tuma jaqbez għall-ballun f’azzjoni ta’ attakk għall-Maltin (Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Il-plejer Malti Basil Tuma ppressat minn Kowalczyk u Urbanskyi (Ritratt: Josef Fitzpatrick)