Lokali Parlament

Għadhom ma ttieħdu ebda passi dwar il-mewt ta’ JeanPaul Sofia

Jerome Caruana Cilia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia qal fil-parlament li minkejja x-xhur li għaddew, s’issa għadu ma sar xejn u sostna li l-ħajja ta’ omm JeanPaul Sofia nbidlet bit-telfa ta’ binha.

Hu appella biex din l-omm ma titħalliex weħidha u qal li l-poplu qed jistaqsi għaliex il-Prim Ministru ma jridx jagħmel inkjesta. “Possibbli li l-persuni involuti huma tant b’saħħithom? Minn xiex qed jibża’ l-gvern?”

Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm numru ta’ għaqdiet volontajri, opinjonisti, l-ex ministru Evarist Bartolo, il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca u l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, fost oħrajn, li qed jappoġġjaw it-talba għal inkjesta pubblika. Hu sostna li l-Prim Ministru għandu l-opportunità biex ma jkunx partiġġjan u jibqa’ jinjora t-talba ta’ omm JeanPaul Sofia.

Id-deputat Nazzjonalista qal li minkejja l-ostakli, Isabelle Bonnici tinsab determinata favur inkjesta pubblika.