Stanley Zammit, PN
Id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit qal li l-gvern lanqas jaf x’sar fis-sit tiegħu stess f’Kordin fejn miet JeanPaul Sofia, aħseb u ara kemm jaf s’isir fuq art oħra fil-kostruzzjoni.
Fil-parlament Stanley Zammit qal li n-nies qed jistaqsu għaliex il-gvern ma jridx li jinstab b’mod sħiħ x’wassal għall-mewt ta’ JeanPaul Sofia. Hu sostna li inkjesta pubblika tanalizza s-sistemi u l-proċeduri li wasslu għall-inċident traġiku. Il-gvern ma jridx jiddetermina l-miżuri meħtieġa biex il-ħajja ta’ kull persuna tkun salvagwardjata.
Hu qal li għandhom jittieħdu l-miżuri preventivi kollha biex il-ħajja tal-persuni tkun protetta. Fis-siti ta’ kostruzzjoni hemm taħwid sħiħ tant li 90% tal-inċidenti li jsiru fuq il-postijiet tax-xogħol, isiru fl-industrija tal-kostruzzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern lanqas jaf x’sar f’sit tal-gvern aħseb u ara kemm jaf s’isir fuq art oħra. Il-gvern ħoloq ferneżija ta’ attitudnijiet fis-settur, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-gvern ma jridx jingħaqad mal-Oppożizzjoni kontra l-kultura ta’ anarkija organizzata.
//= $special ?>