Lokali Parlament

Il-gvern ma jridx jisma’ karba ta’ omm li tilfet lil binha

Beppe Fenech Adami, PN

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal fil-parlament li l-Prim Ministru ta konferma kattiva u krudili li dan hu gvern li ma jħossx il-bikja ta’ waħda minn ulied il-poplu; il-Prim Ministru mhux jifhem it-telfa ta’ omm li tilfet lil binha fi traġedja.

Hu qal li l-gvern mhux jisma’ liż-żgħir u sostna li l-parlament għandu quddiem karba ta’ omm li tilfet l-uniku wild tagħha iżda fost empatija, din l-omm tinsab sfidata minn gvern li ma jridx itaffilha l-uġiegħ. Il-gvern ma jridx li jwassal għall-verità u ma jridx isabbar lil omm JeanPaul Sofia.

Beppe Fenech Adami qal li l-poplu qed jistaqsi x’qed jaħbi l-Prim Ministru, li qed jibqa’ jagħżel li intenzjonalment jagħmel il-ħażin. Hu appella lill-gvern biex jieħu l-opportunità partikolari biex jibgħat messaġġ ta’ tama li fil-parlament hemm deputati b’kuxjenza.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li jekk id-deputati Laburisti jivvotaw għal inkejsta pubblika ma jkunux qed jagħmlu ħsara lill-gvern iżda jkunu qed jagħmlu dak li hu sew. Hu appella lill-whip Laburista biex id-deputati Laburisti jivvutaw favur inkjesta pubblika, biex ikun rebaħ kulħadd.