Graziella Attard Previ, PN
Id-deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ qalet fil-parlament li Il-gvern qed jgħatti xtur ħaddieħor meta jirrifuta inkjesta pubblika dwar JeanPaul Sofia.
Graziella Attard Previ qalet li l-ġenituri jistgħu juru empatija ma’ Isabelle Bonnici u stasqiet kif jista’ jkun li hawn min irid iwarrab il-karba ta’ din l-omm li qed tinsisti għall-verità. Possibbli hawn min irid jgħatti xtur ħaddieħor biex ma jkunx żvelat f’wassal għall-mewt ta’ JeanPaul Sofia?, staqsiet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-ħolm ta’ JeanPaul intemmu mal-mewt tiegħu.
Għalhekk il-parlament hu obbligat lejn Isabelle u li jsir min kollox biex il-verità toħroġ biex l-ebda omm ma tgħaddi mill-esperjenza li għaddiet minnha Isabelle Bonnici. Hi kkritika lill-gvern li ġab lil din l-omm f’sitwazzjoni li trid tittallab biex issir taf il-verità.
Id-deputat Nazzjonalista appellat lill-parlament biex juri empatija mal-familja ta’ JeanPaul Sofia.
//= $special ?>