Minħabba każ ta’ match-fixing li ġara għaxar snin ilu, il-klabb Spanjol ta’ Osasuna mhux se jkun qiegħed jitħalla jipparteċipa fl-Europa Conference League.
Osasuna kkwalifikaw għar-round tal-playoff tal-Conference League wara li l-istaġun li għadda spiċċaw fis-7 post fil-LaLiga.
Il-club kien involut fi skandlu fl-istaġun 2013/14 u fl-2020 uħud mill-membri tal-Bord tad-Diretturi nstabu ħatja mill-qrati u mill-assoċjazzjoni Spanjola, deċiżjoni li kienet milqugħa tajjeb minn dawk li laħqu minflokom.
Skond ir-regoli tal-UEFA, kwalunkwe tim li kien implikat f’każijiet ta’ korruzzjoni minn April tal-2007 ‘l hawn, jista’ jkun eskluż mill-ewwel kompetizzjoni Ewropea li jikkwalifika għaliha.
Osasuna jippjanaw li jappellaw mid-deċiżjoni tal-UEFA quddiem il-Qorti Arbtrali tal-Isports, il-CAS.
Jekk ma jinbidel xejn fl-appell, Athletic Bilbao jidħlu minflok Osasuna fil-Conference League hekk kif huma spiċċaw warajhom fit-8 post. L-ewwel leg tal-playoff jintlagħab fl-24 t’Awwissu.
//= $special ?>