Illejla, fil-Parlament, se jkun qed isir id-dibattitu li gie sfurzat fuq il-Gvern mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista sabiex issir Inkjesta Pubblika b’rabta mal-każ ta’ Jean Paul Sofia.
U kuntrarju għal dak li jsir issoltu, il-Gvern ta’ Robert Abela baqa’ jirreżisti li jittieħed il-vot illum wara d-diskussjoni fil-Parlament.
Issa, minflok jittieħed il-vot mal-ewwel wara d-dibattitu, il-vot se jkun qed jittieħed il-ġimgħa d-dieħla. Dan minħabba li Abela baqa’ jwebbes rasu.
Ilbieraħ, omm Jean Paul – Isabelle Bonnici – kienet quddiem il-Parlament sabiex tappella lid-deputati jappoġġjaw din il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni. Bil-Gvern għadu qed iżomm stinat, u jfarfar fuq l-Inkjesta Maġisterjali.
