Lokali Parlament

Inkjesta maġisterjali ma twaqqafx inkjesta pubblika

Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal fil-parlament li inkjesta maġisterjali ma teskludix inkjesta pubblika u sostna li omm JeanPaul Sofia saret tallaba fil-parlament meta tinsisti għal inkjesta pubblika. Hu tratta d-differenza bejn inkjesta maġisterjali u inkjesta pubblika u qal li inkjesta pubblika iktar tiffoka biex proċeduri li jridu jinbidlu biex ma jkunx hemm inċidenti simili.

Id-deputat Nazzjonalista qal li evidenza f’inkjesta maġisterjali ma toħroġx għall-pubbliku u sostna li r-rakkomandazzjonijiet f’inkjesta maġisterjali ma jkunux pubbliċi u mwettqa. Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Istat għandu obbligu li jħares il-ħajja tan-nies.