Lokali

Investiment importanti fid-Dar Ċentrali tal-PN

Il-Partit Nazzjonalista qed ikompli jsaħħaħ il-politika ambjentali tiegħu billi jagħti l-eżempju f’daru stess. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat, fuq il-bejt tad-Dar Ċentrali kienu installati pannelli fotovoltajċi.

Kif fisser il-Kap tal-PN Bernard Grech…dan l-investiment qed jgħin lill-Partit Nazzjonalista biex ikun aktar sostenibbli fl-użu tal-elettriku.

Bernard Grech iddawwar fil-post fejn ġew installati dawn il-pannelli, mill-Kap tal-Operazzjonijiet ta’ Net Media, Karl Gouder. Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino.

Filwaqt li irringrazzja lid-donaturi li jgħinu regolarment, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna li dan hu biss l-ewwel pass, hekk kif fil-ġimgħat li ġejjin, diversi każini tal-Partit se jgawdu wkoll minn din l-inizjattiva.