Ambjent Lokali

Kandidat Laburista spiċċa jirkeb fuq proġett ieħor li kien inawgurat minn Gvern Nazzjonalista

Il-kandidat Laburista li se jikkontesta għall-MEPs, Steve Ellul, reġa’ ħareġ jiftaħar bil-ftuħ ta’ spazju għat-tfal f’Buġibba meta dan il-proġett ilu xejn anqas minn 11-il sena li ġie inawgurat.

Steve Ellul – li jmexxi Project Green – kiteb fuq is-social media dwar kemm qed jieħu gost li qed jara t-tfal igawdu l-Waterpark ta’ Buġibba. Iżda imkien ma qal li dan kien proġett li wettaq Gvern Nazzjonalista fl-2012.

Din mhix l-ewwel darba li Ellul rikeb fuq ix-xogħol ta’ ħaddieħor; l-istess kif għamel fil-każ tal-Gudja. Dakinhar, kulma għamlu l-Ministru Miriam Dalli u Steve Ellul kien li qalgħu l-plakka li tfakkar il-ftuħ ta’ dan il-ġnien u ħbewha. Dan apparti li ħawlu 4 fjuri, u pruvaw jieħdu l-mertu kollu huma.