Eve Borg Bonello, PN
Id-deputat Nazzjonalaista Eve Borg Bonello qalet fil-parlament li l-art li fuq inbniet il-binja li kkrollat f’Kordin fejn miet JEanPaul Sofia ngħatat lil nies b’rekord kriminali.
Eve Borg Bonello sellmet lil Isabelle Bonnici u qalet li dan hu gvern bla qalb. Hi sostniet li l-industrija tal-kostruzzjoni mhix regolata biżżejjed u kompliet li issa l-gvern lanqas jimportah mill-mewt ta’ żagħżugħ.
Il-gvern qed idawwar il-fatti, sostniet Eve Borg Bonello, li qal li inkjesta pubblika mhix bħal inkjesta maġisterjali. Il-gvern qed ikun ostaklu għall-ġustzzija u qed jipproteġu persuni li huma responsabbli.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-parlament għandu jingħaqad biex issir inkejsta pubblika fosthom kif l-art tal-gvern ingħatat lil persuni b’rekord kriminali. Hi appellat biex JeanPaul ma jkunx miet għalxejn u biex ma jkunx hemm JeanPaul ieħor.
//= $special ?>