Ryan Callus, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal fil-parlament li Isabelle Bonnici, omm JeanPaul Sofia, qaltlu li ħafna jħossu li l-awtortaijiet m’għandhomx saħħa biex jaġixxu kontra l-kuntratturi li jagħmlu li jridu. Hemm awtoritajiet li m’għandhomx ir-rieda li jiġġieldu kontra l-kuntratturi “bullies”.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li fl-2019 l-gvern kien qal li sa tmiem dik is-sena l-kuntratturi kollha se jkunu liċenzjati iżda dan il-proċess llum għadu se jibda.
Dan il-pajjiż sar ġungla; għalhekk għandha ssir inkjesta pubblika, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li anki sindki Laburisti xebgħu b’din is-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ impimentazzjoni tar-regoli quddiem il-kostruzzjoni.
//= $special ?>