Lokali Qorti

Mal-wasla tal-ambulanza sal-isptar Mater Dei, qalb Pelin Kaya baqgħet wiefqa

Minkejja l-interventi kollha li saru fuq il-qalb ta’ Pelin Kaya, din baqgħet wiefqa mill-ħin li waslet l-ambulanza fejn seħħ l-inċident sakemm ittieħdet fid-dipartiment tal-emerġenza (ITU) ta’ l-isptar Mater Dei.

It-tabib Michael Spiteri ta din l-informazzjoni meta kien qed jixhed fil-kumpilazzjoni ta’ Jeremie Camilleri ta’ 33 sena minn Ħal Lija, li għadu miżmum taħt arrest fejn qed jiġi mixli bil-qtil volontarju ta’ Pelin Kaya f’Jannar li għadda, l-mara Torka ta’ 30 sena, nqatlet b’daqqa ta’ karozza fl-Imsida.

Minn xhieda preċedenti ħareġ li Camilleri rriżulta pożittiv għat-test tad-droga u x-xorb f’testijiet li sarulu malli ttieħed l-Isptar Mater Dei wara l-inċident traġiku. Dr. Spiteri xehed quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello fejn qal li huwa Konsulent fid-dipartiment ta’ l-Emerġenza li jopera mas-servizz tal-ambullanza.

Qal li fit-18 ta’ Jannar  fis-1.08 am kienet infurmati dwar emerġenza li seħħet fuq inċident tat-traffiku li ngħad lilhom li kien seħħ fil-Gżira. Kienu nfurmati li dan kien seħħ fejn pompa tal-petrol u li hemm xi ħadd gravi. Tenna li hu u t-team tiegħu waslu fuq il-post fis-1.23am. Hemmhekk sabu  l-ewwel grupp ta’ paramediċi li kien inbagħat minn Mater Dei,  

Qal li kien hemm persuna femminili mixħuta ma’ l-art fuq bankina u mitlufa minn sensiha b’qalbha wiefqa. Kien hemm ukoll numru ta’ Pulzija jieħdu ħsieb persuna oħra, li kien raġel u li kien taħt arrest. Dr. Spiteri qal li kien għamel ‘scene assesesment’ li jinkludi ma kienx hemm aktar nies involuti fl-inċident tal- karozza.

Staqsa wkoll lill-persuna arrestata hux qed tieħu nifs bil-Pulizija jwieġbu fl-affermattiv. Staqsa wkoll jekk kienx hemm persuni oħra nvoluti u t-tweġiba kienet fin-negattiv. Ix-xhud qal li hu beda jgħin lit-tim li jieħdu ħsieb lilt-tfajla fuq il-bankina b’qalbha wiefqa. Għamlu kemm setgħu biex jistatarjaw lura l-qalb u wkoll raw li kemm jista’ jkun malajr il-persuna tittieħed l-isptar Mater Dei.

Hekk ġara u marru dritt għad-dipartiment tal-Emerġenza fejn waslu ftit qabel is-2am. Jaf li kien hemm aktar għajnuna fuq il-post fejn seħħ l-inċident fejn kien skjerat unit ieħor. Dawn kellhom jieħdu ħsieb il-qagħda tal-persuna li kienet fil-kustodja tal-Pulizija.

Mistoqsi fejn kienet il-vittma, x-xhud qal fejn l-istabbilment KFC fejn hemm fetħa u xi ħwienet tad-dgħajjes. Dwar Camilleri qal li kien qed jaġixxi b’mod aggresiv. “Bħala inċident l-area kbira mhux ħażin, il-ħsara kienet evidenti mal-pompa tal-petrol ma’ fejn wieħed jimla’ l-karozza bil-fuel u BMW ġo nofs  stabbiliment kummerċalu u numru ta’ nies jinżammu lura minn naħa tal-Pulizija” , tenna x-xhud.

Mistoqsi hux qed jagħraf lil xi ħadd fl-awla li kien fuq il-post dak inhar tal-inċident qal li kien qed jagħraf lill-akkużat bħala l-persuna li tixbaħ lir-raġel li kien fil-kustodja tal-Pulizija dak il-ħin. Dwar l-atteġġjament tiegħu qal li kien qed ikun miżmum b’mod kontrollat iżda kien qed jgħajjat u għalhekk kien qed jieħu n-nifs u ma jidhirx li kellu problemi li kellhom jitolbu xi ntervent.

Qal ukoll li kien qed jaġixxi b’mod agressiv, iżda kollox kien kontrollat u dan numru ta’ metri l-isfel minn fejn kien hu u t-team tiegħu. Peress li n-nifs tiegħu deher tajjeb u għalhekk fuq punt mediku ma kienx ta’ priorità bħal ma kienet it-tfajla li kellha ‘multiple injuries’, anke jekk dak il-ħin mhux importanti l-injuries għax qalb kienetwiefqa.

L-għan prinċipali kien li tipprova tirrivesja kollox fejn jinfetaħ il-pajp tan-nifs u anke ġiet intubata, issir spezzjoni fuq is-sider biex wieħed jara jekk hemmx bżonn  li ssir operazzjoni fejn jiġi ċekkjat il-pulmun u jekk ikunx hemm il-ħtieġa ta’ ventilatur biex il-qalb terġa tiġi startjata.

Dwar kemm kien hemm nies fuq il-post tal-inċident, ix-xhud qal li kien hemm bejn 15 u 20 ruħ li dehru fi stat ta’ xokk. Dak il-ħin ħadd ma kien jaf min hi l-vittma u ġiet reġistrata bħala persuna mhux magħrufa. Għal darba oħra t-tabib Michael Spiteri qal li l-qalb baqgħet wiefqa anke meta ddaħħlet l-emerġenza u ġiet ċertikata mejta ftit tal-minuti wara u anke dak il-ħin ma kienux konxji min kienet il-persuna. 

33 minuta ta’ recordings li juru kif seħħ l-inċident

Aktar qabel xehed l-espert tal-Qorti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ IT Dr. Martin Bajada. Hu qal li kellu għad-diżposizzjoni tiegħu mat-12-il siegħa ta’ recordings li jinkludu minn filmati tas-CCTV’s fejn seħħ l-inċident u fir-resdienza tal-akkużat ġewwa Ħal-Lija.

Tenna li minn dawn ir-recordings bħala prova għall-Qorti kienu elimiati filmati li mhumiex ta’ valur fil-każ. Tenna wkoll li minbarra li ġew verfikati l-mobiles tal-akkużat u tal-vittma, kien hemm clip ukoll mibgħuta bejn l-akkużat u l-eks tfajla tiegħu, liema tfajla xehdet fl-inkjesta Maġisterjali.

Ittieħdu wkoll xi call profiles u dak kollu mportanti mal-każ wara li kien tqabbad bħala espert mill-Qorti. Il-parte civile talbet biex tingħata kopja diġitali tar-rapport tal-espert Bajada, bil-Qorti tilqa’ t-talba u tordna lill-espert biex jagħmel fejn Bajada wieġeb li dan se jagħmlu sas-seduta li jmiss.

F’waħda mis-seduti preċedenti kien ħareġ li sigħat wara l-qtil ta’ Pelin Kaya, kienu ċċirkolaw filmati tas-CCTV online li juru l-BMW sejra direttament lejha, ​​u wasslu lill-pulizija biex akkużaw lis-sewwieq, Jeremie Camilleri, bil-qtil tagħha.

Diversi uffiċjali kienu ddeskrivew li waslu f’xena ta’ “kaos komplet,” u sabu l-BMW depożitata fil-faċċata tal-ħanut tal-KFC tal-Gzira, debris u terrapien mifruxa maż-żona kollha. Camilleri kien ħareġ  mill-karozza tiegħu bla ħsara u sar aggressiv ma’ min iħares u mal-pulizija. Huwa kellu jiġi mrażżna b’taser gun qabel ma jiġi arrestat. 

L-Ispetturi Kurt Zahra u Shamus Woods qed imexxu l-Prosekuzzjoni mgħejjuna mill-Avukati Kayleigh Bonnett u Nathaniel Falzon f’isem l-Avukat Ġenerali. L-avukati Charlon Gouder, Ramona Attard u Shazoo Ghaznavi qed jirrappreżentaw il-familja tal-vittma. L-Avukati Alfred Abela u Renè Darmanin qed jidhru għal Jeremier Camilleri. Il-kumpilazzjoni tkompli nhar it-Tlieta, 11 Lulju f’11.45am.