Lokali

Mara tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien

Mara ta’ 43 sena residenti Ħal Tarxien sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident li seħħ dalgħodu fis-sebgħa u kwart fi Triq id-Dejma, Ħal Tarxien.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara kienet qiegħda ssuq Toyota Aygo, tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha bil-konsegwenza li daħlet fi trakk li kien ipparkjat.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata
li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.