Il-Gvern għandu jivvota favur il-mozzjoni tal-PN b’rabta mal-mewt ta’ Jean Paul Sofia.
Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sostna li l-mewt ta’ Jean Paul Sofia huwa wieħed li jitlob eżami tal-kuxjenza, f’mument ta’ għaqda nazzjonali u mhux il-pika partiġġjana.
Fl-istess messaġġ ġie mtenni li vot kontra l-mozzjoni li preżentata mill-Partit Nazzjonalista fil-Parlament huwa vot kontra l-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia, kontra Jean Paul u kontra l-vittmi li jmiss f’siti ta’ kostruzzjoni.
Fuq Facebook, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech tenna li l-ġlieda tal-Partit Nazzjonalista mhux biss hija għall-vittmi, iżda ġlieda wkoll għal dawk li jsofru xi forma ta’ danni kaġun tal-kostruzzjoni u huwa għalhekk li qed issir talba għal inkjesta pubblika, għax l-ebda inkjesta maġisterjali mhu se tikxef il-verità kollha.
//= $special ?>