It-timijiet nazzjonali tal-Malta Pool Association, li qed jieħdu sehem fil-kampjonati tad-dinja tal-Pool f’ Agadir fil-Marokk, komplew jiksbu aktar riżultati pożittivi.
It-tim Malti tal-irgiel kiseb tliet rebħiet importanti kontra Mauritius 15-6, kontra Wales 13-8 u kontra l-Awstralja 14-7. It-tim Malti ser ikun impenjat fl-aħħar logħba tal-fażi tal-gruppi nhar il-Ħadd kontra t-tim nazzjonali ta’ Belġju.
It-tim taż-żgħażagħ ta’ taħt it-23 sena kiseb rebħa oħra ta’ 5-4 fuq tim A Indja filwaqt li safa’ megħlub mit-tim A tal-Ingilterra minimum ta’ 5-4.
It-tim Malti ta’ l-fuq minn 50 sena għeleb lit- tim nazzjonali tal-Afrika t’Isfel 10-5 filwaqt li safa’ megħlub mill-Indja bl-iskor ta’ 11-4.
//= $special ?>