Mark Anthony Sammut, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut sostna fil-parlament li l-Prim Ministru Robert Abela għandu ħafna x’iwieġeb għaliex ma jridx inkjesta pubblika dwar Sofia.
Mark Anthony Sammut qal li ħadd ma jista’ jifhem il-qalb iebsa tal-Prim Ministru ma’ familja li trid inkjesta pubblika għal ġustizzja ma’ Jean Paul Sofia. X’sens tagħmel din il-qalb iebsa, ħlief li l-Prim Ministru għandu lil min irid jipproteġi?
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-art f’Kordin fejn miet Sofia kienet allokata lil Kurt Buhagiar u Matthew Schembri mill-INDIS u approvata mill-Malta Enterprise. L-art intalbet lura mill-gvern fl-20 ta’ April 2023; ħames ġimgħat wara li l-Oppożizzjoni ressqet il-mozzjoni.
Jirriżulta li Kurt Buhagiar hu bniedem li jdur minn xufier taċ-Chairman tal-Malta Eneterpre għal xufier tas-CEO tad-Dipartiment tal-Artijiet. Hu kien arrestat fi Sqallija fuq traffikar ta’ persuni wara li kien ħarab fuq speed boat tiġri ħafna. Hu kien kundannat il-ħabs fuq l-akkużi mressqa kontrih.B’liema kriterji dawn il-persuni ħadu l-allokazzjoni tal-art f’Kordin? Xi Due Dilegence sar fuqhom? staqsa Mark Anthny Sammut.
Id-deputat Nazzjonalista staqsa wkoll meta l-Prim Ministru sar jaf lil dawn il-persuni, jekk qattx iltaqa’ magħhom, jekk qattx kellu xi forma ta’ negozju magħhom u jekk qattx għamel deals magħhom. Dwan huma l-mistoqsijiet li twieġeb inkjesta pubblika. Ir-risposta għalihom hi r-raġuni għaliex il-Prim Ministru ma jridx li ssir inkjesta pubblika.
Hu qal li r-raġunijiet li llum ġab il-gvern ta’ Robert Abela kontra inkjesta pubblika dwar JeanPaul Sofia huma l-istess li kien ġab il-gvern Laburista ta’ Joseph Muscat quddiem it-talba għall-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
//= $special ?>