Paula Mifsud Bonnici, PN
Id-deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici qalet fil-parlament li l-Prim Ministru Robert Abela m’għamilx inkjesta dwar il-mewt ta’ Miriam Pace f’Santa Venera u wara miet JeanPaul Sofia f’Kordin.
Paula Mifsud Bonnici qalet li l-ġustizzja fil-pajjiż donnha mietet għax il-gvern jibqa’ jirrifjuta sejħa wara l-oħra għal inkjesta pubblika. Hi sostniet li l-familja ta’ JeanPaul Sofia qed tittallab għall-ġustizzja u qalet li dan hu pajjiż fejn il-bullies iħossu li huma ‘l fuq mil-liġi.
Id-deputat Nazzjonaista qalet li inkjesta pubblika tikxef dak li l-gvern qed djaħbi u dak li l-Prim Ministru qed jaħbi. Hi sostniet li inkjesta pubblika tikxef min ibbenefika mill-ħbiberiji li kien hemm u jekk ir-rgħiba għall-flus kienet fattur li wasslet għall-mewt ta’ JeanPaul Sofia.
Id-deputat Nazjzonalista qalet li l-gvern m’għamilx inkjesta pubblika meta mietet Miriam Pace u reġa’ kien hemm każ meta miet JeanPaul Sofia. Paula Mifsud Sofia qalet li l-pajjiż ma jistax jaċċetta li jibqgħu jmutu n-nies fuq il-postijiet tax-xogħol.
//= $special ?>