Anzjan residenti l-Belt Valletta li kien bagħat ġie kkundannat sentejn ħabs fuq ittri anonimi ta’ theddid lil bagħat lil diversi kritiċi prominenti tal-gvern. Joseph Mary Borg li kien ammetta 10 xhur wara li kien akkużat ikkonferma l-ammissjoni tiegħu quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima. Huwa ġie mmultat ukoll €1,600.
Borg ta’ 72 sena mill-Belt, kien tressaq il-Qorti taħt arrest f’Novembru tal-2021, akkużat li bagħat ittri ta’ theddid fl-indirizzi privati tad-Deputati tal-Oppożizzjoni fosthom l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kif ukoll Beppe Fenech Adami, Karol Aquilina u Ryan Callus, il-President tal-Għaqda Repubblika Robert Aquilina, l-eks deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kif ukoll l-artikolista tal-ġurnali. u l-kritiku tal-gvern il-Professur Kevin Cassar.
F’Settembru li għadda l-Qorti kienet ħadet nota tal-ammissjoni ta’ Borg u ddifferiet il-każ għall-24 ta’ Ottubru għall-konferma tal-motiv, liema konferma kienet reġistrata fit-12 ta’ Diċembru. Fuq ammissjoni tiegħu l-Qorti sabitu ħati ta’ nsult u theddid ukoll fil-konfront tas-sieħba ta’ Dr. Simon Busuttil – Kristina Chetcuti, il-viċi president tar-Repubblika Alessandra Dee Crespo u l-professur Vicki Ann Cremona, attivista fi ħdan l-NGO. Kull kitba ta’ theddid kienet miktuba bil-linka.
Il-każ kien ġie pospost għal Ħamis biex il-partijiet jagħmlu s-sottomissjonijiet finali. Borg ħabbar li kien se jappella mis-sentenza. L-Ispettur Kevin Pulis qal fil-Qorti li dan huwa reat kontinwat u l-ittri anonimi li ntbagħtu huma tat-‘tkexkix’ bil-biża’ li kien se jsir xi ħaġa lill-vittmi wara l-ittri mibgħuta li f’każijiet imorru lura għas-sena 2016.
L-ittri fil-konfront ta’ dawn il-persuni kien wieħed atroċi b’diskors diżreġġattiv li anke jinkludi mard. Borg, kien ġie mixli b’26 akkuża, li jinkludu wkoll li sar riċediv u li kkommetta reat meta kien jinsab taħt ordni ta’ probation.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Kevin Pulis u Kurt Farrugia xlewh li kkommetta dawn ir-reati fit-30 ta’ Ottubru, 2021 u fix-xhur u snin ta’ qabel din id-data imma li fil-konfront ta’ Beppe Fenech Adami dawn imoru lura għas-snin 2016 u 2017.
Huwa ġie mixli li permezz ta’ dan it-theddid ħareġ barra mill-limiti ta’ provokazzjoni u li ta fastidju lill-allegati vittmi. Ġie mixli wkoll li bl-imġieba tiegħu kkaġuna lill-persuni li rċevew l-ittri anonimi il-biza li se tintuza vjolenza kontrihom jew kontra il-propjetà tagħhom.
Borg kien qed jiġi mixli wkoll li nġurja, hedded jew għamel offiża fuq persuni nkarigati skond il-ligi minn servizz pubbliku, bil-hsieb li jbeżża’ jew li jinfluwixxi fuqhom kontra l-ligi fl-esekuzzjoni ta’ dak is-servizz. Huwa ġie akkuzat talli bejn Mejju 2016 u Marzu 2017 u fix-xhur ta` qabel bil-mezz ta` karta miktuba wettaq theddid fil-konfront tad-deputat Beppe Fenech Adami u li ffastidjah.
Il-Qorti irrakkomandat lid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li jinżamm fil-Taqsima Forensika, u ħarġet ordni ta’protezzjoni favur il-vittmi fuq garanzija personali ta’ 2,000 ewro. L-Avukati Therese Comodini Cachia u Jason Azzopardi kienu l-avukati tal-parte civile. Għall-akkużat deher l-Avukat Joseph Calleja.
//= $special ?>