Lokali

Spettaklu tan-nar nhar lejlet il-festa tal-Madonna tas-Sokkors f’Kerċem

Attivita’ li daħlet sew fil-kalendarju tal-Għawdxin, Maltin u anke tal-barranin, hi l-ispettaklu kbir tan-nar li jsir lejliet il-festa tal-Madonna tas-Sokkors li tiġi ċċelebrata kull tieni Ħadd ta’ Lulju, f’Kerċem.

Din is-sena, l-Għaqda tan-Nar Kerċem preparat il-ħames edizzjoni ta’ Flames Across the Meadows li bħal kull sena, sena tinkludi spettaklu kbir tan-nar sinkronizzat mal-mużika u bħas-soltu xi sorpriża ma tonqosx. 

Sfond għal dan l-ispettaklu tan-nar, din is-sena se jkun hemm it-Tower Bridge, torri famuż fl-Londra. Dan it-torri hu magħmul bl-injam, mill-membri tal-Għaqda tan-Nar u hu wiesa’ 150 pied filwaqt li għoli 35 pied. Din l-għaqda tikkonsisti f’membri irġiel u nisa, żgħażagħ u anke xi wħud anzjani.

L-Għaqda Nar Kercem tixtieq tirringrazzja lil Ministeru għal Għawdex u lill-membri kollha tagħha għall-għajnuna tagħhom.

Għalhekk qed jistednukom sabiex fit-8 ta’ Lulju tattendu għal dan l-ispettaklu uniku f’Malta u Għawdex li jibda fil-10:45pm fi Triq Kalandrijiet f’Kerċem.

Se jkun hemm parkeġġ b’xejn, użu ta’ toilets u mejda min fejn jista’ jinxtara ikel u xorb.