Minkejja sigurtà stretta, dimostranti tal-moviment Just Stop Oil interrompew il-logħob darbtejn f’Wimbledon billi tefgħu confetti ta’ kulur oranġjo u biċċiet ta’ jigsaw puzzle meta daħlu fil-court numru 18.
Fl-All England Club, dak il-ħin kienet qed tintlgħab il-partuta bejn Grigor Dimitrov u Sho Shimabukuro li ġiet interrotta miż- żewġ dimostranti fejn wara ġew arrestati.
It-tielet dimostrant ipprova jgħamel l-istess waqt il-partita bejn Katie Boulter u Daria Saville.
Il-grupp ta’ ambjentali Just Stop Oil kellu fil-mira diversi avvenimenti sportivi, inkluż Ashes Test tal-cricket.
Huma kienu ħarbtu wkoll il-finali tal-Premiership tar-Rugby Union u l-Kampjonat Dinji tal-Isnooker.
//= $special ?>