Lokali

Tmut l-attriċi Roberta Magri

Aktar kmieni illum tħabbret il-mewt tal-attriċi Roberta Magri. Hija kellha 32 sena.

Roberta kienet persuna pożittiva ħafna li dejjem ħadmet biex tuża bl-aħjar mod l-abbiltajiet u t-talenti li kellha. Fil-fatt, fl-aħħar snin hi kienet nediet is-sit elettroniku Skoperta.net li fih kienet tippubblika diversi artikli ta’ interess varju.

Bħala attriċi, hi ħadmet fost l-oħrajn fis-sensiliet televiżivi ‘Santa Monika’ u ‘Salib it-Toroq’.