Sport Sport Ieħor

Weightlifting: Riżultat mill-aqwa għal Kaya Curmi Inguanez fil-European Youth Championships

It-tieni atleta li rrapreżentat lil Malta fil-European Youth Championships li qed isiru fil-Moldova kienet Kaya Curmi Inguanez. Hija kkompetit fil-kategorija 45kg u ġabet ranking meritat fis-Snatch & Clean Overall.

Minkejja li din kienet l-ewwel esperjenza ta’ Curmi Inguanez f’dan il-livell, b’wirja mill-aqwa hija rnexxiela tikklasifika fir-4 post fil-Clean & Jerk u l-5 post overall.

Fis-Snatch Kaya Curmi Inguanez irnexxielha terfa’ 51kg biex mbagħad fil-Clean & Jerk refgħet 63kg.

Hija marret għal tentattiv li takkwista midalja tal-fidda billi provat terfa’ 66kg fil-Clean & Jerk iżda ma rnexxiliex tagħmel dan. Minkejja dan, bla dubju li din kienet esperjenza mill-aqwa għaż-żgħażugħa promettenti Maltija.