Mil-lum daħal fis-seħħ l-Avviż Legali li jagħti bidu għal moratorium fuq il-ġbir tar-rizzi għal sentejn. Dan ifisser li għal dawn is-sentejn se jkun illegali li wieħed jaqbad ir-rizzi, biex il-popolazzjoni tar-rizzi f’pajjiżna terġa’ tirkupra.
Dan tħabbar fi stqarrija maħruġa mill-Ministru Miriam Dalli u mis-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said.
Skont il-Gvern, il-popolazzjoni tar-rizzi naqset drastikament tant li qiegħda f’riskju li tiġi estinta mill-ibħra Maltin. U għalhekk, id-Dipartiment tal-Akwakultura għaddej bi proġett ta’ restocking tar-rizzi, fejn qed jiġu ikkultivati u mrobbija r-rizzi sabiex terġa’ tiżdied il-popolazzjoni tagħhom.
Il-Gvern qal ukoll li l-liġi ma tipprojbixxix l-importazzjoni ta’ prodotti ta’ rizzi tal-baħar. Iżda r-ristoranti u min jimporta r-rizzi jkunu meħtieġa jżommu d-dokumentazzjoni rilevanti biex jippruvaw l-oriġini f’każijiet ta’ spezzjonijiet.
//= $special ?>