Internazzjonali

L-Iżvezja: Il-Eurovision li jmiss se jsir fil-belt ta’ Malmo

Il-finali tal-Eurovision Song Contest li jmiss se ssir f’Malmo, fl-Iżvezja. Dan kien deċiż ftit tal-ħin ilu wara li l-kantanta Żvediża Loreen kienet rebħet il-konkors ta’ din is-sena bil-kanzunetta popolari ‘Tattoo’.

Il-Eurovision li jmiss se jkun it-68 edizzjoni tal-konkors tal-kanzunetta Ewropea, bil-belt ta’ Malmo tingħażel minflok Stokkolma — il-kapitali tal-Iżvezja — u wara li sar ‘djalogu mar-rappreżentanti ta’ diversi bliet’.

Il-finali tal-Eurovision tal-2023 diġà qed tqanqal interess kbir minn madwar l-Ewropa wara l-konkors ta’ Mejju li għadda organizzat fil-belt ta’ Liverpool, fir-Renju Unit.

Intant, ingħatat il-konferma li s-semi-finali tal-konkors tal-Eurovision għandhom isiru fil-Malmo Arena fis-7 u d-9 ta’ Mejju (2023) — bil-finali jkun ipprogrammat għall-11 ta’ Mejju, fl-istess arena.