Dak li ġara lbieraħ filgħaxija fil-Parlament fi tmiem id-diskussjoni dwar il-Mozzjoni tal-Partit Nazzjonalista biex titwaqqaf Inkjesta Pubblika, hu storiku fil-veru sens tal-kelma.
Fih innifsu jikxef bl-aktar mod evidenti li Robert Abela ma ħassux ċert li kull Membru Parlamentari Laburista kien se jivvota mal-linja politika imposta minnu. U għalhekk ippospona t-tehid tal-vot ghat-12 ta’ Lulju li ġej bl-iskop li jkollu aktar żmien biex jaħdem u jaċċertta ruħu li l-Membri Parlamentari Laburisti kollha se jivvutaw kif irid hu.
Min ilu s-snin isegwi l-Parlament jgħid li dak li ġara lbieraħ ma jiftakarx li qatt sar qabel ghax il-vot fuq mozzjoni tal-Oppożizzjoni, tajjeb jew hazin, dejjem ittiehed fi tmiem id-diskussjoni.
Imma lbieraħ Robert Abela ma kienx ċert x’se jagħmel kull Membru Parlamentari Laburista minkejja li fil-laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista ngħad diskors ta’ twissija biex ilkoll jivvutaw skont dak ordnat lilhom minn Robert Abela…li iżda naqas milli jattendi l-istess laqgħa u jiffaċċja lid-Deputati Laburisti.
Dak li ġara lbieraħ ukoll jirrifletti d-dissens intern attwali fil-Partit Laburista; ġlied u divergenzi f’kull livell.
Membri tal-Grupp Parlamentari Laburista qed ikomplu jsostnu li huma moralment konvinti li Robert Abela ttratta din il-kwistjoni b’ħafna pika żejda, b’nuqqas ta’ umanita’ u żergha numri ta’ dubji dwar il-mottiv tiegħu li ma jridx li tinħatar Inkjesta Pubblika.
Skont Deputat Laburista li tkellem ma’ dan is-sit, bil-mod kif aġxxa dwar din il-kwistjoni Robert Abela wera u qed juri nuqqas ta’ maturita’ politika – fosthom għax qatt ma messu aġixxa ta’ bully fil-konfront ta’ omm feruta u fragli f’mument daqstant sensittiv.
//= $special ?>

