L-internazzjonali Malti Teddy Teuma sar plejer ġdid ta’ Stade de Reims, bil-klabb tal-Ligue 1 ta’ Franza jtih ukoll il-flokk bin-numru 10.
La Stade de Reims u lanqas Royale Union Saint-Gilloise ma taw dettalji dwar is-somma tat-trasferiment tal-plejer li matul l-istaġun li għadda skurja 10 gowls u ta diversi assists fil-kampjonat, kif ukoll skurja 4 gowls u 4 assists fi 11-il logħba fl-Ewropa.
Skond is-sit elettroniku www.salarysport.com ma’ Union St. Gilliose, Teuma kien jaqla’ mal-€10,000 fil-ġimgħa għal total ta’ €524,000 fis-sena.
//= $special ?>