Internazzjonali

500 jum mill-gwerra Russa fuq l-Ukrajna

“L-Ukrajna jistħoqqilha tkun parti mill-alleanza tan-NATO”.

Hija din id-dikjarazzjoni cara li saret mill-President Tork Erdogan, waqt zjara li kellu f’Istanbul mill-President Ukren Volodomyr Zelensky – laqgħa meqjusa bħala kruċjali sabiex l-Ukrajan tkompli tikseb appoġġ għas-sħubija fin-NATO.

Matul din il-laqgħa, Erdogan appella wkoll għall-paċi. Fejn saħaq li r-Russja u l-Ukrajna għandhom ipoġġu mill-ġdid flimkien, u jibdew in-negozjati.

Intant, illum jimmarka l-500 jum mill-bidu tal-gwerra Russa fuq l-Ukrajna. Bil-President Zelensky isellem lis-suldati kollha li tilfu ħajjithom sa minn Frar tas-sena li għaddiet.