L-Ingilterra għelbu lil Spanja fil-finali tal-EURO 2023 ta’ taħt il-21 sena, għall-ewwel darba f’40 sena.
Il-gowl deċiżiv wasal fl-aħħar mumenti tal-ewwel taqsima minn konklużjoni tal-plejer ta’ Manchester City Cole Palmer, li ġiet devjata minn Curtis Jones ta’ Liverpool, bil-goalkeeper Spanjol Tenas jinqabad fuq sieq waħda u ma jirnexxielux jsalva l-ballun.
Spanja ħasbu li kisbu d-draw fit-tieni taqsima bid-daqqa ta’ ras ta’ Abel Ruiz tispiċċa fix-xibka, madankollu wara konsultazzjoni tal-VAR, il-gowl tħassar hekk kif Ruiz kien jinsab f’pożizzjoni rregolari.
L-Ispanjoli għal darb’oħra ġew miċħuda mill-gowl fl-aħħar sekondi tal-partita, bil-goalkeeper Ingliż James Trafford ikun l-eroj ta’ pajjiżu u jsalva l-penalty mogħti minn l-istess Abel Ruiz.
//= $special ?>