Għaddew 60 jum minn meta l-Partit Nazzjonalista preżenta denunzja lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa sabiex jieħu azzjoni u jinvestiga dak li kien żvelat fil-Qorti b’rabta mad-deal skandaluż tat-tliet sptarijiet… iżda sa issa kien hemm biss skiet totali min-naħa tal-Kummissarju.
Fid-dawl ta’ dan kollu, is-Sibt filgħodu l-Moviment Żgħazagħ Partit Nazzjonalista waħħal banner mal-grada tad-Depot tal-Pulizija fil-Furjana.
Il-banner juri lill-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafa libes piġama u barnuża bil-kliem ‘Wakey Wakey Sur Kummisarju’. Messaġġ ċar lill-Kummissarju sabiex jieħu azzjoni immedjatament dwar il-każ tal-bejgħ tat- tlett isptarijiet – St. Luke’s, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Proprju fit-8 ta’ Mejju li għadda. il-Kap tal-Partit Nazzjoalista Bernard Grech flimkien mad-Deputat Adrian Delia ppreżentaw denunzja biex il-Kummisarju tal-puluzija Angelo Gafa jinvestiga dak li ħareġ mill-Qorti, minn rapporti uffiċjali oħrajn u mill-media dwar l-għoti tal-isptarijiet tal-pubbliku lil Vitals u Steward.
Il-Partit Nazzjonalista kien talab biex il-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga lil dawk li, bl-għemil u l-azzjoniet tagħhom, influwenzaw lil persuni dwar dan id-deal frawdolenti.
Fl-24 ta’ Frar, l-imħallef Francesco Depasqueale fil-Qorti ddikjara null il-ftehim li għamel Gvern Laburista ma’ Vitals u Steward biex jipprivatizza t-tliet sptarijiet. Dakibhar, il-Qorti kostituzzjonali ordnat li t-tliet sptarijiet jerġgħu jingħataw lura lill-poplu Malti u Għawdxi.
Il-qorti kienet osservat l-elementi ta’ frodi u ‘mala fide’ min-naħa ta’ Vitals u Steward li seħħ fit-tliet stadji qabel ma ġie ffirmat il-kuntratt u anka meta Steward saru s-ssostiwiti ta’ Vitals. Il-Qorti ikonkludiet li kien jidher li ħafna qabel mal-Gvern ippubblika l-intenzjoni tiegħu li jipprivatizza t-tliet sptarijiet, l-investituri li sussegwentement saru Vitals, daħlu f’memorandum ta’ ftehim mal-Gvern Laburista.
Il-Qorti kienet ikkonkludiet ukoll li dak li kien miftiehem ma ġiex onorat u x-xogħol li kellu jsir baqa’ ma sarx.
Il-Prim Ministru Robert Abela, huwa l-unika persuna li jista’ jiftaħ kawża l-qorti kontra Vitals u Steward biex dawn jaghtu lura il-flus li nsterqu lill-poplu Malti. Iżda bħall-Kummissarju Angelo Gafa, dan ukoll, sal-lum għadu ma ħa ebda azzjoni.
//= $special ?>