Krizi politika fl-Olanda wara l-waqa’ tal-Gvern Olandiz. Bil-media lokali tirrapporta l-possibbiltà li tissejjaħ elezzjoni ġenerali għal Novembru li ġej.
Il-Gvern ta’ Mark Rutte spiċċa waqa’ wara nuqqas ta’ qbil fil-koalizzjoni dwar it-tema taħraq tal-immigrazzjoni. Speċjalment wara li l-Ġimgħa baqgħu jippersistu d-diverġenzi bejn il-partiti fil-koalizzjoni.
Illum stess, Rutte preżenta r-riżenja tiegħu lir-Re tal-Olanda…għalkemm il-Ministri se jibqgħu jaħdmu fi struttura ta’ Kabinett caretaker sakemm isiru l-elezzjonijiet fi żmien 4 xhur oħra.
Mark Rutte, li għandu 56 sena, huwa l-aktar Prim Ministru Olandiż li qatt dam fit-tmexxija. Hu kien ilu Prim Ministru sa mill-2010.
//= $special ?>