Futbol Sport

Kampjonat tas-Sajf: Neptunes jegħlbu l-isfida għal Sirens

Stewart Said

NEPTUNES VIDEOSLOTS…. 14

SIRENS………………………………… 8

(4-1), (3-3), (4-2), (3-2)

Neptunes Videoslots komplew bis-serje rebbieħa f’dan is-sajf. Ir-rebħa kontra Sirens waslet bi prestazzjoni solida minkejja li t-tim minn San Pawl il-Baħar offra sfida denja u għamilha diffiċli f’xi mumenti waqt il-logħba.

Bidu tajjeb minn Neptunes li permezz tal-gowls tal-barranin Filip Filipovic u Aleksandar Ivovic bnew vantaġġ ta’ 2-0. Matyas Pasztor naqqas id-distakk iżda Ivovic u Stevie Camilleri għamluhom 4-1.

Reazzjoni mill-aqwa ta’ Sirens fit-tieni sessjoni fissret it-tħassir tal-vantaġġ ta’ Neptunes. Gowl ta’ Jerome Zerafa Gregory u doppjetta ta’ Pietro Figlioli għamlu l-iskor 4-4. Madankollu Neptunes reġgħu skorjaw tlieta mingħajr risposta sa tmiem is-sessjoni.

Il-penalty skorjat minn Jake Muscat u l-gowl ta’ Aleksandar Ivovic ta vantaġġ komdu lil Neptunes li bih setgħu jamministrawh. F’erba’ okkażjonijiet bejn it-tielet u r-raba’ sessjoni, Sirens pruvaw inaqqsu d-distakk għal erba’ gowls iżda f’kull okkażjoni Stevie Camilleri żamm lil Neptunes ħames gowls vantaġġ.

Lejn it-tmiem, iż-żagħżugħ Sam Gialanze ssiġilla r-rebħa minn penalty. Sirens spiċċaw il-logħba mingħajr iż-żewġ barranin hekk kif Matyas Pasztor tkeċċa lejn l-aħħar tat-tielet sessjoni filwaqt li Figlioli ġie eskluż għat-tielet darba fil-logħba.

Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (1), S. Gialanze (1), B. Lewis, M. Castillo (1), J. Bajada, S. Camilleri (6), J. Camilleri, A. Ivovic (4), F. Filipovic (1), A. Fenech, E. Mallia, M. Rossi, D. Bugeja

Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan (1), P. Figlioli (2), J. Zerafa Gregory (1), G. Farrugia, M. Chircop, G. Melillo (1), M. Cutajar, M. Pasztor (2), M. Sciberras, M. Azzopardi, M. Bonello Dupuis, J. Cachia (1), G. Sammut

Referees: Ronnie Spiteri, Domenic Rotondano

Rebħiet għal Birżebbuġa u Marsaxlokk fl-Ewwel Diviżjoni

EXILES WELBEE’S……………. 10

BIRŻEBBUĠA FREEPORT…. 15

(1-5), (4-4), (2-3), (3-3)

Wara d-diżappunt li ma għamluhiex fil-Kampjonat Premier, Birżebbuġa Freeport kisbu rebħa importanti fl-Ewwel Diviżjoni kontra Exiles Welbee’s. Logħba li fiha Birżebbuġa dejjem kellhom il-kontroll, b’Exiles kellhom jiġru wara r-riżultat il-ħin kollu.

Birżebbuġa fetħu distakk ta’ tliet gowls b’mod immedjat. Mark Fenech naqqas id-distakk iżda Jacob Sciberras u Balazs Erdelyi kabbru l-vantaġġ għal 5-1. Exiles pruvaw iwettqu reazzjoni fit-tieni sessjoni u naqqsu d-distakk għal 8-5 sakemm il-gowl ta’ Sciberras ħalla lil Birżebbuġa erbgħa minn fuq.

Sa tliet minuti minn tmiem it-tielet sessjoni, il-vantaġġ ta’ Birżebbuġa kien kiber għal 12-6. Exiles baqgħu jittamaw f’rimonta improbabbli b’gowl ta’ Valentino Gallo lejn tmiem is-sessjoni u doppjetta ta’ Sean Xerri de Caro fil-bidu tal-aħħar sessjoni. Madankollu gowl mill-isbaħ ta’ Peter Borg witta t-triq lejn il-konferma tar-rebħa għat-tim ta’ Pierre Borg.

Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari, Z. Micallef, V. Gallo (4), G. Molina (2), S. Xerri de Caro (2), M. Fenech (1), K. Griscti, N. Paris, M. Martellacci (1), M. Aquilina, N. Saliba, F. Buhagiar, A. Farrugia, L. Pursehouse

Birżebbuġa: M. Sladden, P. Borg (1), N. Cassar, B. Grech (1), D. Brguljan (2), M. Manara, S. Bezzina, D. Cutajar (1), B. Erdelyi (5), K. Tanti (1), G. Mannino (1), M. Curmi, C.D. Borg, J. Sciberras (3), D. Farrugia

Referees: Massimo Angileri, Domenico Rotondano

TA’ XBIEX AMIGOS……………. 10

MARSAXLOKK BROWN’S…. 16

(2-5), (4-4), (4-4), (0-3)

Issa li t-timijiet inqasmu, Marsaxlokk jinsabu b’punti massimi fl-Ewwel Diviżjoni hekk kif wara r-rebħiet kontra Exiles u Barracudas fil-Fażi Preliminari għelbu lil Ta’ Xbiex Amigos. Protagonist għal darba oħra Nikola Moskov bi tmien gowls personali.

Moskov skorja tripletta fl-ewwel sessjoni u għen lil Marsaxlokk jieħdu vantaġġ ta’ 5-2. Fit-tieni sessjoni, Marsaxlokk pruvaw ikabbru d-distakk għal erba’ darbiet iżda f’kull okkażjoni wieġbu Ta’ Xbiex u b’hekk baqgħu fil-logħba.

Għalkemm il-vantaġġ ta’ Marsaxlokk kiber għal 11-6, Ta’ Xbiex wettqu reazzjoni u naqqsu l-vantaġġ tax-Xlukkajri saħansitra għal 12-10. Moskov ħalla d-distakk ta’ tliet gowls lejn tmiem it-tielet sessjoni, b’Marsaxlokk jaċċertaw mir-rebħa bi tliet gowls mingħajr risposta fl-aħħar sessjoni.

Ta’ Xbiex: M. Vassallo, L. Montebello Brownrigg (1), L. Grech Carr, R. Mock, J. Saliba (2), K. Milakovic (1), U. Vasic (4), J. Culic, Z. Bartolo, J. Farrugia (1), G. Galea Curmi, M. Ortoleva (1), K. Agius

Marsaxlokk: Mi. Farrugia, C. Cutajar, B. Zammit, Ma. Farrugia, N. Moskov (8), J. Valletta (2), M. Zammit, M. Aquilina, N. Lanzon, S. Misic (5), E. Bonnici, L. Mallia (1), S. Mifsud, A. Cook, G. Gatt

Referees: Neville Mercieca, Stefano Scappini