Formula 1 Sport

Max Verstappen fuq quddiem fil-kwalifikazzjoni tal-Grand Prix Ingliża

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen għal darb’oħra temm fl-ewwel post fil-kwalifikazzjoni tal-Grand Prix Ingliża. Fit-tieni post temm b’mod drammatiku s-sewwieq ta’ McLaren Lando Norris. Is-sewwieq Olandiż kiseb il-pole position b’differenza minima ta’ 0.241 sekonda.

Fit-tielet post temm is-sewwieq l-ieħor ta’ McLaren Oscar Piastri.

Is-sewwieqa ta’ Ferrari Charles Leclerc u Carlos Sainz se jibdew it-tellieqa fir-raba’ u ħames post rispettivament, filwaqt li s-sewwieqa ta’ Mercedes George Russell u Lewis Hamilton se jibdew fis-sitt u seba’ post.

Fit-tmien post temm is-sewwieq ta’ Williams Alex Albon, segwit minn Fernando Alonso ta’ Aston Martin.

L-aħħar sewwieq li se jibda mal-ewwel għaxra se jkun Pierre Gasly ta’ Alpine.