Internazzjonali

Mill-inqas 8 mejta wara attakk mir-Russi f’Lyman

Attakk li seħħ f’Lyman qatel mill-inqas tmien persuni filwaqt li ħalla ma’ 13-il persuna ssofri minn xi ġrieħi.

L-attakk ħalla wkoll dar, ħanut u tliet karozzi jaqbdu bin-nar.

Il-Belt Lyman li tinsab fil-Lvant ta’ Donetsk kienet ittieħdet taħt idejn ir-Russi iżda ttieħdet lura mill-Ukreni f’Ottubru li għadda.

Dan l-attakk fuq Lyman seħħ wara attakk ieħor fuq Lviv li ħalla 10 mejta u 40 oħra isofru minn ġrieħi.