F’Pennsylvania għaddejja tfittxija ma taqta’ xejn wara li ħabsi ħarab mill-ħabs billi tela’ fuq tgħamir tal-eżerċizzju, tela’ fuq saqaf tal-metal u ddendel ‘l isfel permezz ta’ lożor tas-sodda.
Michael Burnham ħarab mill-ħabs il-Ħamis filgħaxija u ġie nnotat li kien nieqes il-Ġimgħa filgħodu. L-aħħar li deher huwa kien liebes jumpsuit oranġjo bl-abjad, crocs u ġakketta tal-jeans bluna. Qed ikun maħsub li Burnham qed jistaħba f’foresta li hemm fil-qrib.
Michael Burnham ta’ 34 sena kien spiċċa l-ħabs wara li huwa suspettat ta’ omiċidju, stupru, ħtif ta’ persuna, li ħaraq propjetà u ta’ serq.
//= $special ?>