Lokali

Petizzjoni sabiex id-Deputati kollha jivvutaw favur li ssir inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia

F’post fuq il-media soċjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kiteb li ffirma l-petizzjoni li nediet Isabelle Bonnici, omm Jean Paul Sofia, biex tħeġġeġ lid-Deputati kollha jivvutaw favur il-mozzjoni biex ikun hemm Inkjesta Pubblika sabiex toħroġ il-verità kollha dwar l-inident li sewa l-ħajja ta’ dan iż-żagħżugħ ta’ għoxrin sena.

Bernard Grech wiegħed li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jimbotta din il-kawża ġusta fejn nhar l-Erbgħa li ġej l-Oppożizzjoni se tivvota favur li ssir inkjeta pubblika biex toħroġ il-verità kollha filwaqt li tħeġġeġ lill-Gvern jagħmel l-istess.

Wieħed jista’ jiffirma din il-petizzxjoni billi jidħol hawn: https://bit.ly/JeanPaulSofia