Sport Sport Ieħor

Wimbledon 2023: Carlos Alcaraz jikkwalifika għall-aħħar sittax b’rebħa fuq Nicolas Jerry

(Ritratt: EPA)

Carlos Alcaraz li huwa kklassifikat bħala l-aħjar plejer tat-tennis fid-Dinja għeleb lil Nicolas Jarry sabiex għamilha għar-rawnd li jmiss. Permezz ta’ din ir-rebħa, il-plejer Spanjol issa jinsab fil-fażi tal-aħħat sittaxx ta’ Wimbledon għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu.

L-iskor finali kien dak ta’ 6-3 6-7 (6-8) 6-3 7-5, fejn il-partita damet kważi 4 siegħat tintlagħab.

Alcaraz se jaffronta lir-rebbieħ mill-konfront bejn Alexander Zverev u Matteo Berrettini.

Fil-partiti l-oħra, Daniil Medvedev għeleb lil Marton Fucsovics, filwaqt li Stefano Tsitipas li għeleb lil Andy Murray, ħareġ rebbieħ ukoll fil-konfront tiegħu kontra s-Serb Laslo Djere.

Fil-kategorija tan-nisa, Petra Kvitova għaddiet għar-raba’ rawnd fil-kompetizzjoni għat-tieni darba minn meta l-aħħar rebħet dan it-titlu lura fl-2014, b’rebħa fuq Natalija Stevanovic bl-iskor ta’ 6-3 7-5.

Aryna Sabalenka għelbet lil Anna Blinkova bl-iskor ta’ 6-2 6-3, filwaqt li r-Russa Ekaterina Alexandrova għelbel lil Dalma Galfi 6-0 6-4.

Il-Brażiljana Beatriz Haddad Maia ukoll għamlitha għar-rawnd li jmiss għall-ewwel darba fil-karriera tagħha, b’rebħa fuq Sorana Cirstea bl-iskor ta’ 6-2 6-2.