Sport Sport Ieħor

Ċikliżmu: Michael Woods jirbaħ id-disa’ stadju tat-Tour de France

(Ritratt: EPA)

Charles Camenzuli

Id-disa’ stadju tat-Tour de France fuq medda ta’ 182.4 kilometri bejn Saint Leonard De Noblat sa Puy De Dome intrebaħ mill-Kanadiż ta’ Israel Premier Tech , Michael Woods li għamel id-distanza f’ 4 sigħat 19-il minuta u 41 sekonda.

Fit-tieni post daħal il-Franciż Pierre Latour ta’ Total energies b’distakk ta’ 28 sekonda minn Woods.

Fit-tielet post temm is-Sloven Matej Mehoric għal Bahrain Victorious b’distakk ta’ 35 sekonda mir-rebbieħ.

Fil-klassifika ġenerali wara d-disa’ stadju Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Jumbo Visma baqa’ fl-ewwel post b’ħin totali ta’ 38 siegħa 37 minuti 46 sekonda b’distakk vantaġġ ta’ 17-il sekonda fuq is-Sloven Tadej Pogacar ta’ UAE Team Emirates filwaqt li l-Awstraljan Jai Hindley għal Bora Hansgrohe jinsab b’distakk ta’ 2 minuti 40 sekonda.

Wara ġurnata ta’ mistrieħ it-Tour ikompli nħar it-Tlieta bl-għaxar stadju fuq distanza ta’ 167.5 kilometri minn Vulcania sa Issoire.