Internazzjonali

Elton John isellem lill-fans fl-għeluq tal-aħħar tour tiegħu

Il-kantant famuż Sir Elton John sellem lil dawk preżenti għall-aħħar kunċert tiegħu fejn irringrazzjahom tas-sapport kollu tagħhom matul l-aħħar 50 sena ta’ karriera fil-mużika.

Sir Elton John għalaq l-aħħar kunċert tiegħu, li sar bħala parti minn tour li għamel, fi Stokkolma s-Sibt filgħaxija.

Il-kantant ta’ fama internazzjonali li għandu 76 sena ilu mill-2018 idur id-dinja fejn kien qed jagħmel il-Farewell Yellow Brick Road Show. Huwa kkonferma li mhux se jkun qed jagħmel iżjed tours f’ħajtu u b’hekk dan kien l-aħħar wieħed tiegħu.

Huwa għalaq dan ix-show billi qal lill-fans preżenti li se jibqgħu dejjem f’moħħu u f’qalbu.