Andre Muscat
PORTUGALL……..2
MALTA………………1
Portugall: D. Pinto, G. Esteves, G. Brás, D. Prioste (C) (H. Félix 46’) , J. Meireles (R. Ribeiro 65’), M. Fernandes (C. Borges 65’), L. Gomes, H. Nabian (M. Marques 65’), Y. Da Rocha, J. Gonçalves, M.Falé
Malta: H. Sacco, A. Borg (B. Buhagiar 68’), M. Ellul, S. Xerri, J. Micallef (C), N. Cross (S. Gatt 68’), L. Scicluna, B. Tuma, B. Hili (T. Viviani 52’), L. Caruana (B. Borg 68’), D. Letherby (I. Farrugia 79’)
Imwissija: L. Caruana 41’ (MLT), D. Letherby 43’ (MLT)
Skorjaw: M. Falé 8’ (POR), B.Tuma 72’ (MLT), J. Gonçalves 75′ (POR)
Referee: Joonas Jaanovits (EST)
Assistenti Referees: Aron Harsing (EST), Yossi Babyoff (ISR)
Gowl ta’ Joao Goncalves kwarta mit-tmiem ċaħħad lill-Maltin milli jieħdu punt storiku fil-fażi finali tal-EURO 2023. L-ewwel taqsima kienet nieqsa mill-azzjonijiet, fejn pratikament l-unika azzjoni perikoluża kienet fil-bidu tal-logħba fejn il-Portugiżi marru fil-vantaġġ li rnexilhom jikotrolawh sa tmiem it-taqsima.Rajna tieni taqsima aktar movimentata fejn f’din it-taqsima rajna lil Maltin jiskurjaw l-unika gowl tat-turnew u jġibu draw momentarju.
L-ewwel azzjoni waslet fit-8 minuta tal-logħba, bil-Portugiżi jmorru fil-vantaġġ b’xutt minn barra l-kaxxa l-kbira b’Miguel Falé jitfa’ wara Sacco. Fil-31 minuta il-Portugall reġgħu kienu fl-azzjoni permezz ta’ Luis Gomes, li sab lil Sacco attent bil-goalkeeper Malti jdawwar il-ballun f’korner. B’ħafna logħob bil-ballun f’nofs il-grawnd tul l-ewwel taqsima l-plejers marru għall-mistrieħ bl-unika gowl tal-partita s’issa skurjat fit-8 minuta mill-Portugiż Falé.
Fil-bidu tat-tieni taqsima Hugo Sacco, salva f’żewġ tentattivi xutt minn barra l-kaxxa ta’ Jorge Merieles fis-47 minuta, sabiex hekk il-goaler Malti biegħed kull periklu lejn il-lasta Maltija fl-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima. Kien mas-siegħa logħob li Letherby prova xortih minn barra l-kaxxa iżda ra tentativ tiegħu imur barra mil-lasta ta’ Pinto.
L-attakkant ta’ Reading Basil Tuma skorja l-ewwel u l-uniku gowl għal Malta wara li Pinto laqat il-ballun ħażin bil-plejer Malti japprofita mill-iżball tal-goalkeeper Portuġiż u jitfa’ l-Maltin preżenti fil-Gozo Stadium f’delirju ta’ ferħ. Il-Portuġiżi reġgħu marru fil-vantaġġ fil-75 minuta minn Goncalves b’xutt minn taħt il-lasta Maltija. Fis-76 minuta Esteves jsib lil Sacco attent, bil-goaler Malti jimbloka xutt tal-plejer Portugiż, bl-istess plejer jitfa’ għoli mir-rebound. Għal darb oħra Sacco laqa’ din id-darba freekick dirett ta’ Hugo Felix fid-79 minuta. Fil-91 minuta tasal l-aħħar azzjoni tal-logħba. Basil Tuma jisraq il-ballun minn saqajn Yanis Da Rocha, bil-plejer Malti jittanta xortih iżda l-ballun imur għoli mill-lasta Portugiża.
Il-Portugall b’din ir-rebħa jispiċċaw jieħdu l-punti massimi fi grupp A, filwaqt lit-tim Nazzjonali Malti jtemm l-impenji tiegħu f’dan it-turnew mingħajr punt.
//= $special ?>